1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) fit-23 ta’ Mejju 2016 – M. S. vs P. S.
(Kawża C-283/16)
(2016/C 279/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice, Family Division (England and Wales)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M. S.
Konvenut: P. S.
Domandi preliminari
i.
Meta kreditriċi ta’ manteniment tixtieq tikseb fi Stat Membru l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija favur tagħha fi Stat Membru ieħor, il-Kapitolu IV tar-[Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (1), tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU 2009, L 7, p. 1)] (“ir-Regolament dwar l-obbligi ta’ manteniment”) jagħtiha d-dritt li tressaq talba għal eżekuzzjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest?
ii.
Jekk ir-risposta għad-domanda (i) tkun fl-affermattiv, il-Kapitolu IV tar-Regolament dwar l-obbligi ta’ manteniment għandu jiġi interpretat fis-sens li kull Stat Membru huwa obbligat li jipprevedi proċedura jew mekkaniżmu sabiex dan id-dritt ikun jista’ jiġi rrikonoxxut?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment; ĠU L 7, p. 1.