26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Mejju 2016 – Kamin und Grill Shop GmbH vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main e.V.
(Kawża C-289/16)
(2016/C 350/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kamin und Grill Shop GmbH
Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main e.V.
Domanda preliminari
Jeżisti bejgħ “dirett” lill-konsumatur finali fis-sens tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 834/2007 (1), meta l-operatur jew il-persunal ta’ bejgħ tiegħu jbiegħ il-prodotti lill-konsumatur finali mingħajr l-intervent ta’ terz, jew il-bejgħ “dirett” jippreżupponi minbarra dan li l-bejgħ isir fil-post ta’ ħażna ta’ prodotti, fil-preżenza kemm tal-operatur jew tal-persunal ta’ bejgħ tiegħu u tal-konsumatur finali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, tat-28 ta’ Ġunju 2007, dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU 2007, L 189, p. 1).