19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Mejju 2016 – Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
(Kawża C-290/16)
(2016/C 343/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fi “proċedura ta’ reviżjoni”: Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG
Konvenuta fi “proċedura ta’ reviżjoni”: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Domandi preliminari
1)
It-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-pubblikazzjoni tan-nollijiet tal-ajru tagħhom, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jispeċifikaw l-ammont effettiv ta’ taxxi, ħlasijiet tal-ajruport u ħlasijiet oħra, ħlasijiet addizzjonali u drittijiet imsemmija taħt (b), (ċ) u (d) u ma jistgħux għalhekk jinkludu lil dawn tal-aħħar bħala parti min-nollijiet tal-ajru tagħhom, previsti taħt (a) ta’ din id-dispożizzjoni?
2)
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mad-dritt tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ, ibbażata fuq id-dritt tal-Unjoni, li tipprovdi li ma huwiex possibbli li jiġu ffatturati spejjeż ta’ pproċessar distinti lill-klijenti li ma jkunux għamlu titjira jew li jkunu kkanċellaw il-prenotazzjoni tagħhom?
(1) Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).