16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia (il-Polonja) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Proċeduri kriminali kontra J.Z.
(Kawża C-294/16)
(2016/C 296/27)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia
Parti fil-kawża prinċipali
J.Z.
Domanda preliminari
L-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (1) flimkien mal-Artikolu 6(1) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kelma “detenzjoni” tinkludi wkoll miżuri mill-Istat ta’ eżekuzzjoni tal-mandat, li jikkonsistu f’sorveljanza elettronika tar-residenza tal-persuna li fir-rigward tagħha japplika l-mandat, flimkien ma’ detenzjoni domiċiljari?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34; Rettifika tal-verżjoni Maltija, ĠU L 017, 22.1.2009, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy