22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Murcia (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Europamur Alimentacíon S.A. vs Dirección General de Consumo, Comercio y Artesanía de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia
(Kawża C-295/16)
(2016/C 305/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Murcia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Europamur Alimentacíon S.A.
Konvenut: Dirección General de Consumo, Comercio y Artesanía de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva 2005/29/KE (1) dwar prattiċi kummerċjali żleali għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 14 tal-Liġi 7/1996, tal-15 ta’ Jannar 1996, li tirregola l-kummerċ bl-imnut, li hija ta’ natura iktar stretta mid-direttiva inkwistjoni meta tipprojbixxi l-bejgħ b’telf, inkluż lill-grossisti, sa fejn tqis din il-prattika bħala ksur amministrattiv u tissanzjonaha konsegwentement fid-dawl tal-fatt li l-liġi Spanjola hija intiża, minbarra li tirregola s-suq, li tipproteġġi l-interessi tal-konsumaturi?
2)
Id-Direttiva 2005/29/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-imsemmi Artikolu 14 tal-Liġi 7/1996, tal-15 ta’ Jannar 1996, li tirregola l-kummerċ bl-imnut, anki jekk id-dispożizzjoni nazzjonali tippermetti l-esklużjoni mill-projbizzjoni ġenerali l-bejgħ b’telf jekk (i) l-awtur tal-ksur jipprova li l-bejgħ b’telf kellu bħala għan li jaġġusta l-prezzijiet tiegħu għal dawk ta’ kompetitur jew ta’ diversi kompetituri li jistgħu jaffettwa/w b’mod sinjifikattiv il-bejgħ tiegħu jew (ii) il-prodotti kkonċernati huma oġġetti li jmorru malajr li d-data ta’ skadenza tagħhom tkun fil-qrib?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy