29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Colegiul Medicilor Veterinari din România vs Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
(Kawża C-297/16)
(2016/C 314/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Colegiul Medicilor Veterinari din România
Konvenuta: Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
Intervenjenti: Asociaţia Naţională a Distribuitorilor de Produse de Uz Veterinar din România
Domandi preliminari
1)
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-veterinarji esklużività fil-kummerċ bl-ingrossa u fl-użu ta’ prodotti bijoloġiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ mediċini għal użu veterinarju?
2)
Jekk tali esklużività titqies li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, dan tal-aħħar jipprekludi li din l-esklużività tirrigwarda wkoll l-istabbilimenti li jeżerċitaw il-kummerċ inkwistjoni, fis-sens ta’ rekwiżit li l-istabbiliment ikun fil-maġġoranza jew esklużivament proprjetà ta’ veterinarji jew numru ta’ veterinarji?