29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (Ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Teodor Ispas, Anduța Ispas vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj
(Kawża C-298/16)
(2016/C 314/16)
Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj (qorti tal-appell ta’ Cluj)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Teodor Ispas, Anduța Ispas
Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj
Domanda preliminari
Prattika amministrattiva li tikkonsisti fit-teħid ta’ deċiżjoni li timponi obbligi fuq individwu mingħajr ma tippermettilu aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha meħuda inkunsiderazzjoni mill-awtorità pubblika fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, peress li din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti jinsabu fil-fajl amministrattiv, mhux miftuħ għall-pubbliku, stabbilit mill-awtorità pubblika, hija konformi mal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet ta’ difiża?