8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Solar Electric Martinique vs Ministre des finances et des comptes publics
(Kawża C-303/16)
(2016/C 287/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Solar Electric Martinique
Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics
Domanda preliminari
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba tiddeċiedi dwar il-kwistjoni jekk il-bejgħ u l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi u ta’ tisħin tal-ilma solari fuq binjiet jew bil-għan li binjiet jiġu pprovduti bl-elettriku jew bl-ilma sħun jikkostitwixxux operazzjoni unika li għandha n-natura ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1), li saru l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2).
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 9, Vol. 1, p. 23).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).