25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (ir-Renju Unit) (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) fit-30 ta’ Mejju 2016 – American Express Co. vs The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury
(Kawża C-304/16)
(2016/C 270/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: American Express Co.
Konvenuti: The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury, Diners Club International Limited, MasterCard Europe S.A.
Domandi preliminari
1.
Ir-rekwiżit fl-Artikoli 1(5) u 2(18) tar-Regolament (UE) 2015/751 (1) (iktar ’il quddiem r-“RTI”) li skema tal-kard ta’ pagament ta’ tliet partijiet li toħroġ strumenti ta’ pagament bil-kards flimkien ma’ sieħeb f’co-branding jew permezz ta’ aġent, hija meqjusa bħala skema tal-kard ta’ pagament ta’ erba’ partijiet, japplika biss sa fejn dak is-sieħeb f’co-branding jew aġent jaġixxi bħala “emittent” fis-sens tal-Artikolu 2(2) jew tal-premessa 29 tar-RTI (senjatament meta s-sieħeb jew l-aġent ikollu relazzjoni kuntrattwali mal-persuna li tħallas, li abbażi tagħha huwa jidħol f’kuntratti sabiex jipprovdi lill-persuna li tħallas bi strument ta’ pagament sabiex jiġu mibdija u pproċessati t-tranżazzjonijiet ta’ ħlas bil-kard tal-persuna li tħallas)?
2.
F’każ li r-risposta għad-domanda l tkun “le”, l-Artikolu 1(5) u 2(18) tar-RTI huma invalidi sa fejn dawn jipprovdu li tali arranġamenti huma meqjusa bħala skemi tal-kard ta’ pagament ta’ erba’ partijiet, abbażi ta’:
(a)
nuqqas ta’ għoti ta’ raġunijiet skont l-Artikolu 296 TFUE;
(b)
żball manifest ta’ evalwazzjoni; u/jew
(ċ)
ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità?
(1) Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, p. 1).