12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2016 – Corbin Opportunity Fund Lp et
(Kawża C-309/16)
(2016/C 335/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Corbin Opportunity Fund Lp, Corbin Capital Partners, Redwood Drawdown Master Fund Lp, Redwood Opportunity Master Fund Ltd, Redwood Capital Management LLC, Pontus Holdings Ltd, RMF Financial Holdings Sàrl
Konvenuta: FMA Österreichische Finanzmarktaufsichtsbehörde
Domandi preliminari
1.
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1)(2) tagħha, hija applikabbli, ratione temporis u ratione materiae, għall-każ ta’ kumpannija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni li tkun diġà nbdiet qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, permezz ta’ mekkaniżmi previsti mid-dritt nazzjonali, u li tkompli, wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni, abbażi tar-regoli nazzjonali li jittrasponu l-imsemmija direttiva?
2.
Id-Direttiva 2014/59/UE tagħti lill-kredituri ta’ tali kumpannija suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni, li jkunu ressqu quddiem l-awtorità ta’ riżoluzzjoni talba għall-“eżami u l-projbizzjoni” ta’ ċerti ftehimiet previsti jew diġà konklużi mill-kumpannija suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni (pereżempju tranżazzjoni ġudizzjarja) ma’ kredituri oħra, drittijiet li l-protezzjoni tagħhom tagħtihom locus standi fuq il-livell amministrattiv u fuq dak ġudizzjarju?
(1) ĠU L 173, p. 190.