8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/16
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-314/16)
(2016/C 287/20)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková and J. Hottiaux)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet tar-rikorrenti
1.
tiddikjara li:
—
billi ma tiggarantixxix li d-definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C ikopru biss vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-kategoriji D1 jew D, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 4 (1) u (4)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/126/KE;
—
billi tillimita d-definizzjoni tal-grupp D1 vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn 8 passiġġieri minbarra s-sewwieq, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 4 (1) u (4)(h) tad-Direttiva 2006/126/KE (1);
2
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/126 KE jipprevedi li l-liċenzja tas-sewqan tawtorizza s-sewqan ta’ vetturi b’mutur fil-kategoriji ddefiniti fl-istess artikolu. L-Artikolu 4(4)(d) u (f) fih id-definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C. Il-kundizzjoni skont liema l-kategorija għandha tinkludi “vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D” hija espressament prevista għal dawn iż-żewġ kategoriji. Il-leġiżlazzjoni Ċeka li tiddefinixxi l-kategoriji ta’ vetturi ma tinkludix madankollu, il-kundizzjoni skont liema l-Kategoriji C1 u C huma limitati għal “vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D”.
L-Artikolu 4(4)(h) tad-Direttiva 2006/126/KE jiddefinixxi l-kategorija D1 bħla li tkopri il-“vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq”, mingħajr ma jipprevedi numru minimu ta’ passiġġieri. Madankollu, il-leġiżlazzjoni Ċeka żżid ir-rekwiżit skont liema l-vetturi intiżi għat-trasport ta’ iktar minn 8 passiġġieri, jiġu kklassifikati fil-kategorija D1.
(1) ĠU 2006 L 403, p. 18