16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (L-Ungerija) fit-2 ta’ Ġunju 2016 – József Lingurár vs Miniszterelnökséget vezető miniszter
(Kawża C-315/16)
(2016/C 296/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: József Lingurár
Konvenut: Miniszterelnökséget vezető miniszter
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 1698/2005/KE (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1698/2005”), b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll tal-Artikolu 46 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma teskludix totalment lill-individwi mill-qafas tal-appoġġ intiż għall-użu sostenibbli ta’ żoni ta’ foresti meta ż-żona hija parzjalment il-proprjetà tal-Istat?
2)
Sa fejn l-appoġġ ma huwiex eskluż totalment, l-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 1698/2005 jista’ jiġi interpretat fis-sens li, fid-dawl taż-żona partikolari, li hija parzjalment il-proprjetà tal-Istat, l-operatur tal-foresti privat jew il-proprjetarju privat għandu dritt għall-appoġġ pro rata għad-drittijiet tal-proprjetà tiegħu?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, p. 1).