9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/23
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 mill-Ukrajna mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża), fil-11 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-346/14: Yanukovych vs Il-Kunsill
(Kawża C-317/16 P)
(2017/C 006/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: L-Ukrajna (rappreżentant: M. Kostytska, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Viktor Fedorovych Yanukovych, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Polonja
B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.