16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Velikoj Gorici (il-Kroazja) fil-15 ta’ Ġunju 2016 – VG Čistoća d.o.o. vs Đuro Vladika u Ljubica Vladika
(Kawża C-335/16)
(2016/C 296/31)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski sud u Velikoj Gorici
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VG Čistoća d.o.o.
Konvenuti: Đuro Vladika u Ljubica Vladika
Domanda preliminari
Kif jiġi kkalkolat il-prezz tal-ġbir u tat-tneħħija tal-iskart domestiku skont id-dritt tal-Unjoni? Iċ-ċittadini tal-Unjoni jħallsu l-fatturi relattivi għall-ġbir u t-tneħħija tal-iskart muniċipali billi jħallsu għall-ġbir u għat-tneħħija tal-iskart muniċipali abbażi tal-volum tal-landa tal-iskart/tar-reċipjent imbattal jew skont il-volum tal-iskart imneħħi, u barra minn hekk iħallsu xi tariffa?