22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-16 ta’ Ġunju 2016 – Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG vs Mutuelles du Mans Assurances IARD SA (MMA IARD)
(Kawża C-340/16)
(2016/C 305/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG
Konvenut: Mutuelles du Mans assurances IARD SA (MMA IARD)
Domandi preliminari
1)
L-azzjoni ta’ persuna li timpjega nazzjonali intiża għall-kumpens għad-dannu li hija ssostni indirettament minħabba ż-żamma tal-pagament tar-remunerazzjoni tal-impjegat tagħha li jirresjedi fit-territorju nazzjonali tikkostitwixxi azzjoni “[f’]materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nruo44/2001 (1), meta:
a)
l-impjegat ġie mweġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Stat Membru (l-Italja),
b)
l-azzjoni tkun diretta kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili, stabbilit fi Stat Membru ieħor (Franza), tal-vettura tal-awtur tad-dannu u
c)
il-persuna li timpjega tkun stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku b’personalità ġuridika proprja?
2)
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nruo44/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li timpjega li tkun żammet il-pagament tar-remunerazzjoni, tista’, fil-kwalità ta’ “vittma”, tressaq azzjoni kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-vettura tal-awtur tad-dannu quddiem il-qorti tal-post li fih il-persuna li timpjega hija stabbilita, sa fejn l-azzjoni diretta tkun possibbli?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy