5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2016 – Hanssen Beleggingen BV vs Tanja Prast-Knipping
(Kawża C-341/16)
(2016/C 326/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hanssen Beleggingen BV
Konvenuta: Tanja Prast-Knipping
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ kwistjonijiet “li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ […] trade marks […]” imsemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), ikopri wkoll l-azzjoni intiża sabiex il-persuna formalment irreġistrata bħala proprjetarja ta’ trade mark tal-Benelux fir-reġistru tat-trade marks tal-Benelux tiddikjara mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux li hija ma għandhiex drittijiet fuq it-trade mark inkwistjoni u li hija tirrinunzja għar-reġistrazzjoni tagħha bħala proprjetarja tat-trade mark?
(1) ĠU 2001, L 12, p. 1.