21.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 428/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta Ġunju 2016 – Die Länderbahn GmbH DLB vs DB Station & Service AG
(Kawża C-344/16)
(2016/C 428/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Die Länderbahn GmbH DLB
Konvenuta: DB Station & Service AG
Domandi preliminari
1)
Dispożizzjoni nazzjonali skont liema l-utent ta’ infrastruttura tal-ferroviji li titressaq azzjoni kontrih għall-pagament ta’ tariffi ta’ użu mill-amministratur tal-infrastruttura quddiem qorti ċivili, jew li jitlob quddiem tali qorti r-rimbors ta’ tariffi ta’ użu mħallsa, jista’ jinvoka l-fatt li t-tariffa stabbilita mill-amministratur tal-infrastruttura ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ ekwità, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (1) li jirrigwardaw l-indipendenza tal-amministrazzjoni tal-impriża ta’ infrastruttura [Artikolu 4(1), (4) u (5)], il-prinċipji tal-istabbiliment tat-tariffi (Artikoli 7 sa 12) u l-kompiti tal-korp regolatorju (Artikolu 30)?
2)
Fil-każ li l-ewwel domanda teħtieġ risposta fl-affermattiv, dispożizzjoni nazzjonali skont liema l-qorti adita tista’ u għandha tiffissa b’sentenza t-tariffa effettivament dovuta meta tasal għall-konklużjoni li t-tariffa stabbilita ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ ekwità, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ċċitati hawn fuq?
(1) Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet [tariffi] għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).
Full & Egal Universal Law Academy