5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge
(Kawża C-345/16)
(2016/C 326/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz
Konvenut: État belge
Domanda preliminari
L-Artikolu 39 [KE] jipprekludi li s-sistema fiskali Belġjana, fl-Artikolu 155 taċ-CIR/92 tagħha, kemm jekk tiġi injorata jew applikata ċ-ċirkolari tat-12 ta’ Marzu 2008 bin-Nru Ci.RH.331/575.420, ikollha bħala konsegwenza li l-pensjonijiet Lussemburgiżi tar-rikorrent, eżenti b’applikazzjoni tal-Artikolu 18 tal-Ftehim għall-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, jiġu inklużi fil-kalkolu tat-taxxa Belġjana, iservu bħala bażi għall-għoti ta’ vantaġġi fiskali stabbiliti miċ-CIR/92 u li l-benefiċċji tagħhom, bħal dawk tal-eżenzjoni ta’ porzjon mit-taxxa, ta’ tfaddil fit-tul, ta’ spejjeż imħallsa b’titoli ta’ servizzi, bil-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija f’abitazzjoni, ta’ sigurtà fl-abitazzjonijiet kontra s-serq jew in-nirien, bħala liberalitajiet tar-rikorrent, jitnaqqsu jew jingħataw f’livell inqas milli kieku r-rikorrenti kellhom it-tnejn li huma dħul mill-Belġju u kieku r-rikorrenti, pjuttost milli r-rikorrent, kienet ibbenefikat minn pensjonijiet esklużivament Belġjani?