12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2016 – proċeduri kriminali kontra C
(Kawża C-346/16)
(2016/C 335/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Kehl
Partijiet fil-kawża prinċipali
C
Parti oħra: Staatsanwaltschaft Offenburg
Domandi preliminari
1.
L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (1) (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa ta’ tfittixija, f’firxa territorjali b’massimu ta’ 30 kilometru mill-fruntiera ta’ dan l-Istat Membru mal-Istati li aderixxew mal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen), ta’ oġġett, irrispettivament mill-imġiba tal-persuna li tkun qiegħda ġġorr dan l-oġġett u minn ċirkustanzi speċifiċi, bl-għan li timpedixxi jew twaqqaf dħul illegali fit-territorju tal-istess Stat Membru jew li timpedixxi ċerti atti kriminali kontra s-sigurtà jew il-protezzjoni tal-fruntiera jew li huma mwettqa inkonnessjoni mal-qsim tal-fruntiera, fl-assenza ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fuq il-fruntiera interna kkonċernata skont l-Artikolu 23 et seq tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
2.
L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li tippremetti lil qorti kriminali f’dan l-Istat Membru tuża provi li jippreġudikaw lill-akkużat, minkejja li tali provi jkunu nkisbu bħala riżultat ta’ miżura tal-Istat li tikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea?
(1) ĠU L 105, p. 1.