5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ġunju 2016 – Balgarska energiyna borsa AD (BEB) vs Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR)
(Kawża C-347/16)
(2016/C 326/26)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Balgarska energiyna borsa AD (BEB)
Konvenuta: Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 9(1)(b)(i) u (ii) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1), jippermetti li l-istess persuna waħda tkun l-uniku azzjonist ta’ operatur indipendenti tas-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ impriża li l-attivitajiet prinċipali tagħhom huma l-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tal-elettriku?
2)
L-Artikolu 9(1)(b)(i) u (ii) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, jippermetti li l-istess persuna waħda teżerċita, direttament jew indirettament, kontroll fuq l-operatur indipendenti tas-sistema ta’ trażmissjoni u fuq impriża ta’ ġenerazzjoni u ta’ provvista tal-elettriku?
3)
L-Artikolu 9(1)(c) u (d) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, jippermetti li l-istess persuna waħda taħtar il-membri tal-bord ta’ sorveljanza tal-operatur indipendenti tas-sistema ta’ trażmissjoni (li min-naħa tiegħu jagħżel l-amministraturi tiegħu) u l-membri tal-bord tad-diretturi tal-impriża ta’ ġenerazzjoni u ta’ provvista tal-elettriku?
4)
Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (2), ir-Regolament [tal-Kummissjoni] (UE) Nru 1222/2015[, tal-24 ta’ Lulju 2015,] li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (3) [u] r-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (4), jippermettu limitazzjonijiet fir-rigward tan-numru ta’ persuni li jistgħu jingħataw liċenzja għat-trażmissjoni tal-elettriku f’territorju partikolari?
5)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi preċedenti u [fuq il-bażi tal-premessa li] skont il-punt 1 tal-Artikolu 43(1) taż-Żakon na energetikata (Liġi dwar l-enerġija) għandha tingħata liċenzja waħda biss għat-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija: għandu jitqies li hemm kunflitt ta’ interess fis-sens tal-premessa 12 tal-preambolu tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE?
6)
Għandu jitqies li d-dispożizzjoni nazzjonali prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 43(1) taż-Żakon na energetikata (Liġi dwar l-enerġija) tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 102 TFUE sa fejn tipprevedi li għandha tingħata biss liċenzja waħda għat-trażmissjoni tal-elettriku fit-territorju nazzjonali?
(1) ĠU L 211, p. 55.
(2) ĠU L 211, p. 15.
(3) ĠU L 197, p. 24.
(4) ĠU L 326, p. 1.