19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Sacko Moussa vs Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione internazionale di Milano
(Kawża C-348/16)
(2016/C 343/40)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sacko Moussa
Konvenuta: Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione internazionale di Milano
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2013/32/UE (1) (b’mod partikolari, l-Artikoli 12, 14, 31 u 46) għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti proċedura bħal dik Taljana (taħt l-Artikolu 19(9) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 150 tal-2011) li permezz tagħha awtorità ġudizzjarja adita minn applikant għall-ażil – li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda mill-awtorità amministrattiva responsabbli li teżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil wara li wettqet eżami sħiħ, inkluż intervista – tista’, fil-każ fejn ir-rikors għal stħarriġ ġudizzjarju jkun manifestament infondat u ċ-ċaħda tal-applikazzjoni mill-awtorità amministrattiva għalhekk ma tistax tiġi kkontestata, tiċħad prima facie r-rikors għal stħarriġ ġudizzjarju mingħajr ma l-applikant jerġa’ jingħata l-opportunità li jinstema’?
(1) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).