5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial Navarra (Spanja) fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Instituto de Religiosas Oblatas del Santísimo Redentor vs Joaquín Taberna Carvajal
(Kawża C-352/16)
(2016/C 326/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial Navarra – Sección Tercera
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Instituto de Religiosas Oblatas del Santísimo Redentor
Konvenut: Joaquín Taberna Carvajal
Domanda preliminari
Id-Digriet Irjali Nru 1373/2003 (Real Decreto) huwa konformi mal-Artikoli 4(3) [TUE] u 101 TFUE, inkwantu minkejja li dan huwa provvediment ġuridiku ppromulgat mill-Istat, il-korp ġudizzjarju ma jitħalliex jistħarreġ jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, l-ammont tat-tariffa huwiex eċċessiv, ġaladarba din hija restrizzjoni fuq l-istħarriġ ġudizzjarju li, indipendentement mill-importanza u mill-kwalità tas-servizzi, tista ’ titqies bħala restrizzjoni għall-kompetizzjoni libera?