5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Ġunju 2016 – MP vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-353/16)
(2016/C 326/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MP
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(e), moqri flimkien mal-Artikolu 15(b), tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1) ikopri riskju veru ta’ periklu serju għas-saħħa fiżika jew psikoloġika tal-applikant jekk jintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini, li jirriżulta minn tortura jew trattament inuman jew degradanti preċedenti li għalih il-pajjiż tal-oriġini kien responsabbli?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96