12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/36
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Proċeduri kriminali kontra Wamo SPRL u Luc Cecile Jozef Van Mol
(Kawża C-356/16)
(2016/C 335/49)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Wamo SPRL, Luc Cecile Jozef Van Mol
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika milli xxerred ir-reklamar dwar atti ta’ kirurġija estetika jew ta’ mediċina estetika mhux kirurġika, kif jipprevedi l-Artikolu 20/1 tal-liġi tat-23 ta’ Mejju 2013 li tirregola l-kwalifiki rikjesti sabiex jitwettqu interventi ta’ mediċina estetika mhux kirurġika u ta’ kirurġija estetika u li tirregola r-reklamar u l-informazzjoni dwar dawn l-interventi (M.B. tat-2 ta’ Lulju 2013), li ddaħħal bil-ligi tal-10 [ta’ April] 2014 li tirrigwarda diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tas-saħħa (M.B. tat-30 ta’ April 2014)?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).