19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/31
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2016 minn Trioplast Industrier AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-669/14: Trioplast Industrier AB vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-364/16 P)
(2016/C 343/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Trioplast Industrier AB (rappreżentanti: T. Pettersson, F. Sjövall, A. Johansson, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
a.
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-669/14 Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni Ewropea.
b.
Sussidjarjament:
(i)
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Lulju 2014 fil-Każ COMP/38354 – Boroż tal-plastik – Trioplast Industrier AB;
(ii)
tħassar jew tnaqqas l-ammont tal-interessi moratorji ta’ EUR 674 033,32 imposti fuq Trioplast permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża COMP/38354 – Boroż industrijali – Trioplast Industrier AB;
(iii)
tikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa lil Trioplast għall-ispiża ta’ EUR 4 686,64 sostnuti għall-provvista ta’ garanzija għall-ħlas tal-interessi moratorji.
c.
Iktar sussidjarjament, danni skont l-Artikolu 340(2) TFUE bħala riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni msemmi iktar 'il fuq għal:
(i)
l-ammont tal-interessi moratorji ta’ EUR 674 033,32 jew parti minn dan l-ammont;
(ii)
l-ispejjeż ta’ EUR 4 686,64 sostnuti għall-provvista ta’ garanzija għall-ħlas tal-interessi moratorji.
d.
Minbarra l-kumpens mitlub taħt (b) u (c), danni skont l-Artikolu 340(2) TFUE bħala riżultat tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni msemmi iktar 'il fuq:
(i)
bħala riżultat tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-perijodu meta l-Kummissjoni ma rrilaxxatx jew ma naqqsitx l-ammont tal-garanzija bankarja wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-40/06, għall-ispejjeż sostnuti għall-provvista ta’ garanzija, li jammontaw għal EUR 22 783,90, jew parti minnhom.
e.
Interessi fuq tali somom skont kif jiġi kkonstatat.
f.
Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Trioplast issostni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u l-motivi mressqa hemm. Abbażi tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 168(1)(d) u 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Trioplast targumenta li l-Qorti tal-Ġustizzja permezz tas-sentenza tagħha tat-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-669/14 fejn ċaħdet il-kawża wettqet żball fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.
2.
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li s-sentenza tal-2010 sempliċement emendat id-deċiżjoni tal-2005. Minflok, is-sentenza tal-2010 annullat id-deċiżjoni tal-2005 kompletament u kienet teżiġi li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ġdida kontra Trioplast ladarba jkun sar magħruf l-eżitu tal-kawżi FLS.
3.
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-ittra kkontestata ma kinitx deċiżjoni li setgħet tiġi kkontestata, peress li l-ittra kkontestata stabbiliet għall-ewwel darba obbligu għal Trioplast li kien ċert u ta’ somma fissa.
4.
It-tielet nett, il-fatt li d-deċiżjoni tal-2005 ġiet annullata permezz tas-sentenza tal-2010 jfisser li l-interessi moratorji ma jistgħux jiżdiedu skont it-termini tad-deċiżjoni tal-2005.
5.
Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-azzjonijiet tal-Kummissjoni ma ħolqux dannu għal Trioplast u l-Qorti Ġenerali kellha għalhekk tiddeċiedi dwar il-kawża għal danni fil-mertu.