12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/39
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2016 – Association française des entreprises privées (AFEP) et vs Ministre des finances et des comptes publics
(Kawża C-365/16)
(2016/C 335/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association française des entreprises privées (AFEP), Axa, Compagnie générale des établissements Michelin, Danone, ENGIE, li kienet GDF Suez, Eutelsat Communications, LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SA, Orange SA, Sanofi SA, Suez Environnement Company, Technip, Total SA, Vivendi, Eurazeo, Safran, Scor SE, Unibail-Rodamco SE, Zodiac Aerospace
Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-30 ta’ Novembru 2011 (1), u b’mod partikolari l-paragrafu (1)(a) tiegħu, jipprekludi taxxa bħal dik prevista fl-Artikolu 235b ZCA tal-kodiċi ġenerali tat-taxxa (Code général des impôts), li tinġabar fl-okkażjoni tat-tqassim tal-profitti minn kumpannija suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji fi Franza u li l-bażi tagħha hija kkostitwita mill-ammonti mqassma?
2)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, taxxa bħal dik prevista fl-Artikolu 235b ZCA tal-kodiċi ġenerali tat-taxxa, għandha tiġi kkunsidrata bħala “taxxa f’ras il-għajn” li huma eżenti minnha l-profitti imqassma minn sussidjarja abbażi tal-Artikolu 5 tad-Direttiva?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-30 ta’ Novembru 2011, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 345, p. 8).