19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Belġju) fil-5 ta’ Lulju 2016 – H. F. vs Belgische Staat
(Kawża C-366/16)
(2016/C 343/44)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad voor Vreemdelingenbetwistingen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: H. F.
Konvenuta: L-Istat tal-Belġju
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 27(2) tad-direttiva dwar iċ-ċittadinanza (1), moqri flimkien jew mingħajr l-Artikolu 7 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li talba għal residenza, li ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, ikun ressaq fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja ma’ dan iċ-ċittadin, li fir-rigward tiegħu jkun għamel użu mil-libertà ta’ moviment u ta’ stabbiliment tiegħu, jista’ jiġi rrifjutat fi Stat Membru minħabba theddida li tirriżulta mis-sempliċi preżenza, fis-soċjetà, ta’ dan il-membru tal-familja li, skont l-Artikolu 1F tal-Konvenzjoni [ta’ Ġeneva] dwar l-istatus tar-refuġjati u tal-Artikolu 12(2) tad-direttiva “kwalifika” (2), ġie eskluż mill-istatus ta’ refuġjat fi Stat Membru ieħor minħabba l-implikazzjoni tiegħu f’fatti li seħħew f’kuntest storiku u soċjali speċifiku fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, fejn l-attwalità u r-realtà tat-theddeda li l-aġir ta’ dan il-membru tal-familja jirrappreżenta fl-Istat Membru ta’ residenza jkunu bbażati esklużivament fuq riferiment magħmul għad-deċiżjoni ta’ esklużjoni mingħajr ma f’din l-okkażjoni tkun saret evalwazzjoni tar-riskju ta’ reċidiva fl-Istat Membru ta’ residenza?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
(2) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011 L 337, p. 9).