29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fis-6 ta’ Lulju 2016 – Assens Havn vs Navigators Management (UK) Limited
(Kawża C-368/16)
(2016/C 314/18)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Assens Havn
Konvenuta: Navigators Management (UK) Limited
Domanda preliminari
L-Artikolu 13(5), meqjus flimkien mal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna leża li għandha d-dritt, skont il-liġi nazzjonali, li taġixxi direttament kontra l-kumpannija ta’ assigurazzjoni tal-awtur tad-dannu hija, skont l-Artikolu 13(5), meqjus flimkien mal-Artikolu 14(2)(a) tal-imsemmi regolament, marbuta bi klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni konkluża b’mod regolari mill-assiguratur u d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.