22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/19
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2016 minn Aughinish Alumina Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla, Estiża) fit-22 ta’ April 2016 fil-Kawża T-50/06, RENV II: Ireland and Aughinish Alumina Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-373/16 P)
(2016/C 305/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Aughinish Alumina Ltd (“AAL”) (rappreżentanti: C. Little, C. Waterson, solicitors)
Parti oħra fil-proċedura: L-Irlanda, il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 fil-Kawża T-69/06 RENV II.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti minn AAL f’din il-proċedura.
Aggravji u argumenti prinċipali
AAL tinvoka żewġ aggravji kontra s-sentenza.
L-ewwel aggravju: żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali; ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi; nuqqas ta’ motivazzjoni.
AAL issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tal-aspettattivi leġittimi ta’ AAL, b’mod partikolari, fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali”. Dan l-aggravju huwa maqsum f’erba’ partijiet:
L-ewwel parti: il-Qorti ġenerali żbaljat fil-kunsiderazzjoni tal-portata u l-effetti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża C-272/12 P, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda et.
It-tieni parti: il-Qorti ġenerali żbaljat billi ddeċidiet li s-sitwazzjoni ta’ AAL għandha tiġi distinta minn dik fil-Kawża 223/85, RSV vs Il-Kummissjoni.
It-tielet parti: il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza Demesa (il-Kawżi C-183/02 P u C-187/02 P, Demesa u Territorio Histórico de Álava vs Il-Kummissjoni) bħala li ttemm l-aspettattivi leġittimi ta’ AAL fir-rigward tan-nuqqas ta’ rkupru.
Ir-raba’ parti: il-Qorti ġenerali żbaljat billi naqset milli toħloq bilanċ bejn l-interessi pubbliċi u l-interessi privati. B’dan il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju tal-protezzjoni ta’ aspettati leġittimi u aggravate l-iżball tagħha b’nuqqas ta’ motivazzjoni.
It-tieni aggravju: żball ta’ liġi fir-rgward ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1).
AAL issostni li l-Qorti ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi stabbiliet u applikat il-kundizzjonijiet li taħthom għajnuna tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti. AAL issostni, b’mod partikolari li l-Qorti ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE. (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).