24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Finanzamt Bergisch Gladbach vs Igor Butin
(Kawża C-375/16)
(2016/C 392/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Bergisch Gladbach
Konvenut: Igor Butin
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 226(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jeżiġi li jiġi indikat indirizz tal-persuna taxxabbli li fih din tal-aħħar teżerċita l-attivitajiet ekonomiċi tagħha?
2)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
a)
L-indikazzjoni ta’ indirizz li jikkorrispondi għal sempliċi kaxxa postali hija biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 226(5) tad-Direttiva 2006/112?
b)
Liema indirizz għandha tindika fuq il-fattura persuna taxxabbli li topera impriża (fil-kummerċ elettroniku, pereżempju) u li ma għandhiex bini kummerċjali?
3)
Fil-każ li r-rekwiżiti formali applikabbli għall-fattura skont l-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112 ma jiġux issodisfatti, it-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għandu dejjem jingħata meta ma jkunx hemm frodi fiskali jew meta l-persuna taxxabbli ma kinitx taf u ma setgħetx tkun taf li hija kienet involuta fi frodi, jew il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi titlob f’dan il-każ li l-persuna taxxabbli tkun għamlet dak kollu li seta’ jkun raġonevolment mistenni minnha sabiex tivverifika l-awtentiċità tal-indikazzjonijiet li jinsabu fil-fattura?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1.