12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/41
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-11 ta’ Lulju 2016 – Salvador Benjumea Bravo de Laguna vs Esteban Torras Ferrazzuolo
(Kawża C-381/16)
(2016/C 335/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Salvador Benjumea Bravo de Laguna
Konvenut: Esteban Torras Ferrazzuolo
Domanda preliminari
It-talba għal trade mark Komunitarja għal raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1), hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u speċifikament mal-imsemmi regolament, u b’mod partikolari, hija konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(2) tal-Ley de Marcas (liġi tat-trade marks) Spanjola, Ley 17/2001, tas-7 ta’ Diċembru 2001 (BOE Nru 294, 8 ta’ Diċembru 2001)?
(1) ĠU 2009, L 78, p. 1