29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/15
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 minn European Union Copper Task Force mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T-310/15, European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-384/16 P)
(2016/C 314/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: European Union Copper Task Force (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas, C. Vila Gisbert, abogadas)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-digriet tat-Tielet Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-27 ta’ April 2016, fil-Kawża C-310/15, European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea.
—
tiddikjara l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament ippreżentat mill-European Copper Task Force kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408.
—
tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/408 (1) huwa att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.
2.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li ċ-ċaħda tar-rikors tal-EUCuTF ma kinitx ser tippreġudika d-dritt tagħha u tal-membri tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
3.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-EUCuTF u l-membri tagħha ma kinux affettwati individwalment mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/408.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni. ĠU L 67,p. 18