12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/41
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 minn Sharif University of Technology mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ April 2016 fil-Kawża T-52/15, Sharif University of Technology vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-385/16 P)
(2016/C 335/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Sharif University of Technology (rappreżentat minn: M. Happold, Barrister)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ April 2016 fil-Kawża T-52/15 Sharif University of Technology vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;
—
tilqa’ t-talbiet tal-appellant li huwa ressaq quddiem il-Qorti Ġenerali: u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mill-Appellanti taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li tannulla l-atti inkwistjoni (l-Annessi għad-Deċiżjoni Kunsill 2014/776/PESK (1) u għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014 (2), u tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (3) u l-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (4) (kif emendat, rispettivament, bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/776/PESK u l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1202/2014)) sa fejn jindikaw lill-appellanti bħala entità suġġetta għal miżuri restrittivi taħt l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, sabiex jingħatalha kumpens għad-danni sostnuti lir-reputazzjoni tagħha minħabba tal-atti tal-Kunsill u tikkundanna lill-Kunisll li jbati l-ispejjeż sostnuti minnu fl-ewwel istanza u fl-appell.
l-appellanti tinvoka dawn iż-żewġ aggravji insostenn tat-talba tagħha li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali kienet ivvizzjata minn żball ta’ liġi, u li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannullaha u tiddeċiedi l-kawża hija stess:
L-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, naqset milli tiddeċiedi li l-Kunsill naqas milli joserva rekwiżit proċedurali sostanzjali u/jew wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adotta d-deċiżjoni li jinkludi fil-lista lil Sharif University of Technology peress li naqas milli jwettaq l-eżerċizzju deċiżjonali li kellu l-obbligu li jwettaq.
It-tieni nett, li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kriterju legali ta’ “appoġġ” lill-Gvern tal-Iran fl-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (kif emendata) u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 (kif emendat) li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tal-appellanti bħala suġġetta ta’ miżuri restrittivi bir-riżultat li kkonkludiet b’mod żbaljat li l-provi prodotti mill-Kunsill kienu jikkorroboraw l-inklużjoni tal-appellanti fil-lista.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK tas-7 ta’ Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ĠU L 325, p. 19
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014 tas-7 ta’ Novembru 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ĠU L 325, p. 3
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK ĠU L 195, p. 39
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, ĠU L 88, p. 1