26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Törvényszék (l-Ungerija) fit-13 ta’ Lulju 2016 – proċeduri kriminali kontra Dániel Bertold Lada
(Kawża C-390/16)
(2016/C 350/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Törvényszék
Parti fil-kawża prinċipali
Dániel Bertold Lada
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 67 TFUE u 82 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeskludu, f’dak li jikkonċerna persuna misjuba ħatja li l-kawża tagħha tkun ġiet finalment deċiża b’sentenza li hija res judicata mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru tal-Unjoni, l-implementazzjoni ta’ proċeduri kriminali jew proċeduri oħra bbażati fuq leġiżlazzjoni nazzjonali u intiżi sabiex “jirrikonoxxu” jew jittrasformaw l-effetti tas-sentenza barranija fil-livell nazzjonali, u permezz tal-effett tagħha l-imsemmija sentenza barranija għandha titqies bħala mogħtija minn qorti nazzjonali?
2)
Proċeduri bbażati fuq l-Artikoli 46 sa 48 tal-Liġi Ungeriża Nru XXXVIII tal-1996, introdott “sabiex jirrikonoxxu l-effikaċja” fl-Ungerija ta’ sentenzi barranin fi tmiem proċeduri kriminali kkompletati u finalment konklużi fi Stat Membru tal-Unjoni – jiġifieri fi Stat Membru ieħor, iżda dwar l-istess persuna u l-istess reat – u intiżi, fir-realtà, mhux sabiex jiġu eżegwiti l-imsemmija sentenzi iżda sabiex jistabbilixxu l-motivi tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn tal-aħħar fil-proċeduri kriminali li għad iridu jsiru, huma – fid-dawl tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, tal-24 ta’ Lulju 2008 (1) – kompatibbli mal-prinċipju “ne bis in idem”, sanċit fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen?
(1) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, tal- 24 ta’ Lulju 2008, dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU 2008, L 220, p. 32)