26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fl-14 ta’ Lulju 2016 – M vs Ministerstvo vnitra
(Kawża C-391/16)
(2016/C 350/20)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: M
Konvenut: Ministerstvo vnitra
Domanda preliminari
L-Artikolu 14(4) u (6) tad-Direttiva 2011/95/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija huwa invalidu minħabba li jikser l-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 78(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tal-UE fis-sens tal-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?
(1) ĠU 2011 L 337, p. 9.