14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgerichts Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Lulju 2016 – DOCERAM GmbH vs CeramTec GmbH
(Kawża C-395/16)
(2016/C 419/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DOCERAM GmbH
Konvenuta: CeramTec GmbH
Domandi preliminari
1)
Il-karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott huma ddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (1), li teskludi l-protezzjoni, anki fil-każ meta l-effett estetiku ma jkollu ebda importanza għad-disinn tal-prodott, iżdal-funzjoni (teknika) tikkostitwixxi l-uniku fattur determinanti għad-disinn innifsu?
2)
F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
Minn liema perspettiva għandu jiġi evalwat jekk il-karatteristiċi differenti tad-dehra ta’ prodott ikunu ntgħażlu biss abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ funzjoni?. Jekk il-kriterju determinanti huwa ta’ “osservatur oġġettiv”, u f’każ ta’ risposta fl-affermattiv, kif għandu jiġi ddefinit dan il-kunċett?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.
Full & Egal Universal Law Academy