17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-19 ta’ Lulju 2016 – Soufiane El Hassani vs Minister Spraw Zagranicznych
(Kawża C-403/16)
(2016/C 383/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Soufiane El Hassani
Konvenut: Minister Spraw Zagranicznych
Domanda preliminari
L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (1), fid-dawl tal-premessa 29 tal-Kodiċi dwar il-Viżi u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu rimedju effettiv (appell) quddiem organu ġudizzjarju?
(1) ĠU L 243, p. 1