24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-22 ta’ Lulju 2016 – Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Paideias kai Thriskevmaton vs Maria-Eleni Kalliri
(Kawża C-409/16)
(2016/C 392/08)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Paideias kai Thriskevmaton
Konvenuta: Maria-Eleni Kalliri
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali 90/2003, li emenda l-Artikolu 2(1) tad-Digriet Presidenzjali 4/1995 u li permezz tiegħu l-kandidati ċivili għall-Iskejjel għal Uffiċjali u għal Aġenti tal-Pulizija tal-Akkademja tal-Pulizija għandhom, fost rekwiżiti oħra, “ikollhom tul (irġiel u nisa) tal-inqas ta’ 1 metru u 70 ċentimetru”, huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 76/207/KΕE, (1) 2002/73/KE (2) u 2006/54/KE (3) li jipprojbixxu kwalunkwe diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess f’dak li jikkonċerna l-aċċess għax-xogħol, għat-taħriġ u għall-promozzjoni professjonali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur pubbliku (ħlief jekk tali trattament fil-fatt differenti jkun dovut għal fatturi oġġettivament iġġustifikati u li ma huma relatati ma ebda diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u ma jkunx imur lil hinn minn dak li huwa adegwat u neċessarju għall-finijiet li jintlaħaq l-għan ta’ tali miżura).
(1) Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187).
(2) Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255).
(3) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).
Full & Egal Universal Law Academy