26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – Secretary of State for the Home Department vs Franco Vomero
(Kawża C-424/16)
(2016/C 350/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Secretary of State for the Home Department
Konvenut: Franco Vomero
Domandi preliminari
1)
Il-protezzjoni msaħħa prevista fl-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tiddependi mill-pussess ta’ dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 16 u l-Artikolu 28(2)?
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, qegħdin isiru wkoll id-domandi segwenti:
2)
Il-perijodu ta’ residenza għall-għaxar snin preċedenti, li jirreferi għalih l-Artikolu 28(3)(a)
(a)
huwa sempliċi perijodu skont il-kalendarju li jibda jgħodd mid-data rilevanti (f’dan il-każ, id-data tad-deċiżjoni tat-tkeċċija), inklużi l-perijodi ta’ assenzja jew ta’ priġunija, jew
(b)
perijodu potenzjalment mhux kontinwu li jibda jgħodd mid-data rilevanti u billi jiżdied/u l-perijodu/i fejn il-persuna kkonċernata ma kinitx assenti jew fil-ħabs, sakemm jintlaħaq, jekk ikun possibbli, total ta’ għaxar snin preċedenti ta’ residenza?
3)
Liema hija r-relazzjoni reali bejn il-kriterju ta’ għaxar snin residenza li jirreferi għalih l-Artikolu 28(3)(a) u l-evalwazzjoni globali ta’ rabta ta’ integrazzjoni?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46)