31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (L-Awstrija) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – Hansruedi Raimund vs Michaela Aigner
(Kawża C-425/16)
(2016/C 402/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hansruedi Raimund
Konvenuta: Michaela Aigner
Domandi preliminari
1)
Kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea [Artikolu 96(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2015/2424] tista’ tiġi miċħuda fuq il-bażi tal-mala fede fil-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark [Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2015/2424] fil-każ li l-konvenut ikun effettivament ressaq kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea fuq din il-bażi [Artikolu 99(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2015/2424] iżda l-qorti tkun għadha ma tatx deċiżjoni fuq din il-kontrotalba?
2)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, il-qorti tista’ tiċħad il-kawża ta’ vjolazzjoni fuq il-bażi tal-mala fede fil-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark filwaqt li tal-inqas tilqa’ fl-istess ħin il-kontrotalba, jew għandha tistenna, sabiex tiddeċiedi l-kawża ta’ vjolazzjoni, li d-deċiżjoni fuq il-kontrotalba tkun saret res judicata?
(1) Regolament (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).