24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-2 ta’ Awwissu 2016 – Małgorzata Ciupa et vs II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi, attwalment Szpital Ginekologiczno Położniczy im. dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi
(Kawża C-429/16)
(2016/C 392/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Łodzi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Małgorzata Ciupa et
Konvenut: II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi, attwalment Szpital Ginekologiczno Położniczy im. dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi
Domanda preliminari
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, li timpjega tal-inqas 20 ħaddiem u li għandha l-intenzjoni tinnotifika t-terminazzjoni tal-kundizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ ħaddiema li n-numru tagħhom jikkorrispondi ma’ dak iddefinit fl-Artikolu 1(1) tal-ustawa o szczególnych zasadach rozwiązywania z pracownikami stosunków pracy z przyczyn niedotyczących pracowników (liġi Pollakka dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għat-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet tax-xogħol ma’ ħaddiema għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-ħaddiema), tat-13 ta’ Marzu 2003 (Dz.U. 2003, Nru 90, intestatura 844, kif emendata), għandha l-obbligu li timplementa l-proċeduri previsti fl-Artikoli 2, 3, 4 u 6 ta’ dik il-liġi; fi kliem ieħor, dan l-obbligu jikkonċerna s-sitwazzjonijiet previsti:
1.
fl-Artikolu 24113(2), moqri flimkien mal-Artikolu 2418(2) u mal-Artikolu 23 tal-kodeks pracy (kodiċi tax-xogħol Pollakk);
2.
fl-Artikolu 24113(2), moqri flimkien mal-Artikolu 772(5), jew mal-Artikolu 2417(1) tal-kodiċi tax-xogħol;
3.
fl-Artikolu 42(1), moqri flimkien mal-Artikolu 45(1) tal-kodiċi tax-xogħol?
(1) Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).