Kawża C-434/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Peter Nowak vs Data Protection Commissioner
C3642016MT1110120160804MT0006111111
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Peter Nowak vs Data Protection Commissioner
(Kawża C-434/16)2016/C 364/06Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Nowak
Konvenut: Data Protection Commissioner
Domandi preliminari
1)
Informazzjoni miżmuma waqt/bħala tweġibiet mogħtija minn kandidat matul eżami professjonali tista’ titqies bħala data personali fis-sens tad-Direttiva 95/46/KE ( 1 )?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun li din l-informazzjoni kollha jew parti minnha tista’ titqies bħala data personali fis-sens tad-Direttiva, liema fatturi huma rilevanti għad-determinazzjoni tal-fatt jekk f’xi każ, tali test huwiex data personali, u x’saħħa għandha tingħata lil dawn il-fatturi?
( 1 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355)
Full & Egal Universal Law Academy