14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Acacia Srl u Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG
(Kawża C-435/16)
(2016/C 419/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Acacia Srl, Rolando D’Amato
Konvenuta: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG
Domandi preliminari
1)
L-applikazzjoni tar-restrizzjoni tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 (1) hija limitata għall-partijiet komponenti li l-forma tagħhom hija imposta, jiġifieri għall-partijiet komponenti li l-forma tagħhom hija ddeterminata, fil-prinċipju, b’mod invarjabbli mid-dehra tal-prodott globali u għalhekk ma titħalliex, – bħalma huma fost l-oħrajn ir-rimmijiet ta’ karozzi -, fl-għażla libera tal-klijent?
2)
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
L-applikazzjoni tar-restrizzjoni tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 hija limitata biss għall-offerta ta’ prodotti ta’ disinn identiku, jiġifieri prodotti li jikkorrispondu wkoll mil-lat tal-kuluri tagħhom u tad-dimensjonijiet tagħhom mal-prodotti oriġinali?
3)
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
Ir-restrizzjoni tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 hija applikabbli favur il-bejjiegħ ta’ prodott li fil-prinċipju jippreġudika d-disinn inkwistjoni biss jekk dan il-bejjiegħ jiżgura b’mod oġġettiv li l-prodott tiegħu jkun jista’ jiġi akkwistat biss għal finijiet ta’ tiswija u mhux ukoll għal finijiet oħra bħal, b’mod partikolari, it-tagħmir jew l-individwalizzazzjoni tal-prodott globali?
4)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda:
Liema miżuri għandu jadotta l-bejjiegħ ta’ prodott li fil-prinċipju jippreġudika d-disinn inkwistjoni sabiex jiżgura b’mod oġġettiv li l-prodott tiegħu jkun jista’ jiġi akkwistat biss għal finijiet ta’ tiswija u mhux ukoll għal finijiet oħra bħal, b’mod partikolari, it-tagħmir jew l-individwalizzazzjoni tal-prodott globali? Huwa biżżejjed, f’dan ir-rigward
a)
li l-bejjiegħ jintegra fil-fuljett ta’ bejgħ l-indikazzjoni li l-bejgħ isir esklużivament għal finijiet ta’ tiswija sabiex il-prodott globali jingħata lura d-dehra inizjali tiegħu jew
b)
il-bejjiegħ għandu jissuġġetta l-kunsinna għall-kundizzjoni li l-akkwirent (distributur u konsumatur) jiddikjara bil-miktub li ser juża l-prodott propost għall-bejgħ biss għal finijiet ta’ tiswija?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).
Full & Egal Universal Law Academy