24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn-Areios Pagos (il-Greċja) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias vs Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd
(Kawża C-436/16)
(2016/C 392/14)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Areios Pagos (il-Greċja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias
Konvenuti: Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd
Domanda preliminari
Il-klawżola ta’ ġurisdizzjoni li ġiet miftiehma skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1) bejn il-kumpanniji u li f’dan il-każ hija inkluża fl-iskrittura privata tal-14 ta’ Novembru 2007 bejn l-ewwel u t-tieni konvenuti, li l-Artikolu 10 tagħha jistipula li “dan il-ftehim huwa rregolat mid-dritt Ingliż, huwa suġġett għall-ġurisdizzjoni tal-qrati Ingliżi u kwalunkwe tilwima li tirriżulta minn jew li tirrigwarda dan il-ftehim hija suġġetta għall-ġurisdizzjoni esklużiva tal-High Court of England and Wales” tinkludi wkoll, fir-rigward ta’ atti u ommissjonijiet tal-organi tat-tieni konvenuta, li jirrapreżentawha u li jivvinkolawha skont l-Artikolu 71 tal-Kodiċi Ċivili Grieg, lill-persuni responsabbli li aġixxew fi twettiq tad-dmirijiet tagħhom u li huma responsabbli, taħt dan l-artikolu moqri flimkien mal-Artikolu 926 tal-Kodiċi Ċivili Grieg, flimkien u in solidum mal-kumpannija, bħala persuna ġuridika?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4, p. 42).