Kawża C-439/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Awwissu 2016 – proċeduri kriminali kontra Emil Milev
C3642016MT1210120160805MT0007121121
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Awwissu 2016 – proċeduri kriminali kontra Emil Milev
(Kawża C-439/16)2016/C 364/07Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Parti fil-kawża prinċipali
Emil Milev
Domanda preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali – b’mod partikolari opinjoni li għandha saħħa vinkolanti mogħtija mill-Varhoven Sad [qorti suprema ta’ kassazzjoni] (li ngħatat wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2016/343 ( 1 ), tad-9 ta’ Marzu 2016, iżda qabel ma jkun skada t-terminu tat-traspożizzjoni tagħha) li konformement magħha l-Varhoven Sad, wara li kkonstatat kunflitt bejn l-Artikolu 5(4) moqri flimkien mal-Artikolu 5(1)(ċ) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali [Artikolu 270(2) NPK] dwar it-teħid inkunsiderazzjoni jew le ta’ raġunijiet plawżibbli li wieħed jassumi l-kummissjoni ta’ reat (fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ ta’ estensjoni ta’ miżura koerċittiva ta’ “detenzjoni provviżorja” matul il-fażi prekontenzjuża tal-proċedura kriminali), essenzjalment tat lill-qrati l-libertà li jiddeċiedu jekk hemmx lok li tiġi osservata l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali – hija konformi mal-Artikoli 3 u 6 tad-Direttiva 2016/343, tad-9 ta’ Marzu 2016 (dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza u l-oneru tal-prova fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali)?
( 1 ) Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2016, dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy