7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Genova (l-Italja) fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Kerly Del Rosario Martinez Silva vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova
(Kawża C-449/16)
(2016/C 410/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Genova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kerly Del Rosario Martinez Silva
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova
Domandi preliminari
1)
Benefiċċju bħal dak previst fl-Artikolu 65 tal-Liġi Nru 448/1998, imsemmi “allowance għal nukleu familjari b’minn tal-inqas tliet ulied minuri”, jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament KE Nru 883/2004 (1)
2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sanċit fl-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE (2), jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik Taljana, li tgħid li ħaddiem ta’ pajjiż terz li għandu “permess uniku għal xogħol” (validu għal iktar minn sitt xhur) ma jistax jibbenefika mill-imsemmija “allowance għal nukleu familjari b’minn tal-inqas tliet ulied minuri” minkejja li jkun jgħix ma’ tliet ulied minuri jew iktar u jkun jirċievi dħul li jkun inqas mil-limitu legali?
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
(2) Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (ĠU L 343, p. 1).