17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Awwissu 2016 – MB vs Secretary of State for Work and Pensions
(Kawża C-451/16)
(2016/C 383/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MB
Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE (1) tipprekludi l-impożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ rekwiżit li, minbarra li tissodisfa l-kriterju fiżiku, soċjali u psikoloġiku għar-rikonoxximent ta’ bidla tas-sess, persuna li tkun biddlet is-sess għandha wkoll ma tkunx miżżewġa sabiex tikkwalifika għal pensjoni tal-irtirar tal-Istat?
(1) Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).
Full & Egal Universal Law Academy