14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture – Uprava zračnog prometa, elektroničkih komunikacija i pošte (Kroatzja) fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Hrvatska agencija za civilno zrakoplovstvo vs Air Serbia A.D. Beograd u Dane Kondić, direktor Air Serbia A.D. Beograd
(Kawża C-476/16)
(2016/C 419/41)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture – Uprava zračnog prometa, elektroničkih komunikacija i pošte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hrvatska agencija za civilno zrakoplovstvo
Konvenuta: Air Serbia A.D. Beograd u Dane Kondić, direktor Air Serbia A.D. Beograd
Domanda preliminari
Il-prattika ta’ kumpannija tal-ajru ta’ parti assoċjata fil-Ftehim tal-ECAA, li tikkonsisti f’li tiżgura trasport kummerċjali bl-ajru għall-passiġieri bejn post ta’ tluq ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, mill-pajjiż ta’ oriġini tagħha bħala punt ta’ trasferiment fejn hija twettaq trażbord tal-passiġieri u l-bagalji tagħhom f’arjuplan ieħor tal-istess kumpannija, u b’destinazzjoni f’punt ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta’ pajjiż terz, bis-saħħa ta’ titolu ta’ trasport awtonomu li fuqu żewġ numri tat-titjira separati huma msemmija, hija konformi mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali, u mal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tal-Protokoll VI, li jinsab fl-Anness V tal-Ftehim multilaterali dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni, b’mod partikolari?
Full & Egal Universal Law Academy