17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Settembru 2016 – Openbaar Ministerie vs Ruslanas Kovalkovas
(Kawża C-477/16)
(2016/C 383/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Openbaar Ministerie
Konvenut: Ruslanas Kovalkovas
Domandi preliminari
1)
L-espressjonijiet “awtorità ġudizzjarja” msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI (1) u “deċiżjoni ġudizzjarja” msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni?
2)
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva: abbażi ta’ liema kriterji jista’ jiġi ddeterminat jekk awtorità tal-Istat Membru emittenti hijiex “awtorità ġudizzjarja” ta’ din il-kwalità u jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minnha huwiex, għaldaqstant, “deċiżjoni ġudizzjarja” ta’ din il-kwalità?
3)
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva: il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja jaqa’ fil-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja” imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI u l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn din l-awtorità huwa, għaldaqstant, “deċiżjoni ġudizzjarja” kif imsemmi fl-Artikolu I(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI?
4)
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva: l-indikazzjoni ta’ awtorità bħall-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja bħala awtorità ġudizzjarja emittenti hija konformi mad-dritt tal-Unjoni?
(1) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34; rettifika fil-ĠU L 17, 22.1.2009, p. 45)
Full & Egal Universal Law Academy