28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-14 ta’ Settembru 2016 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda
(Kawża C-491/16)
(2016/C 441/13)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP
Konvenuta: Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda
Domandi preliminari
1)
Il-Programm operattiv għal żvilupp rurali (iktar ’il quddiem il-“Programm AGRO”) għandu jitqies li huwa “programm multi-annwali” fis-sens tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 (1), tal-21 ta’ Ġunju 1999 (sussegwentement imħassar skont l-Artikolu 107 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2), tal-11 ta’ Lulju 2006, bla ħsara għall-Artikolu 105(1) tiegħu)?
2)
Il-Programm AGRO għandu jitqies li huwa “programm multi-annwali” fis-sens tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 (3), tat-18 ta’ Diċembru 1995, li tipprovdi, “Fil-każ tal-programmi multiannwi, it-terminu tal-limitazzjoni għandu f’kull każ jibqa’ jiddekorri sakemm il-programm jitwaqqaf definittivament”?
3)
Fil-każ li l-Programm AGRO jitqies li huwa “programm multi-annwali” fis-sens tal-applikazzjoni tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95
—
il-preskrizzjoni tal-proċeduri amministrattivi miftuħa fl-ambitu tiegħu hija suġġetta għal terminu ta’ 4 snin, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1)?
—
jekk it-terminu ta’ 4 snin jiddekorri qabel il-programm jitwaqqaf, il-preskrizzjoni tagħlaq, jew
—
fid-dawl tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament […] Nru 2988/95, id-dies ad quem tat-terminu ta’ preskrizzjoni jiġi estiż, jiġifieri, jiġi jirrifletti l-ġurnata li fih “il-programm [multi-annwali] jitwaqqaf definittivament”?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU 2006 L 210, p. 25)
(3) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340)
Full & Egal Universal Law Academy